Notifiki

Jistgħu jeħlu ħames snin ħabs jekk imorru lejn pajjiżhom mill-Indja

Mil-lum, ċittadini Awstraljani li se jippruvaw jidħlu f’pajjiżhom mill-Indja jistgħu jeħlu multi ħorox u priġunerija sa ħames snin ħabs. Dan minħabba l-ħerba li ħalla l-varjant Indjan f’dan il-pajjiż Ażjatiku.

Il-mida internazzjonali rrappurtat ukoll li l-Gvern Awstraljan ipprojbixxa t-titjiriet kollha mill-Indja sal-15 ta’ Mejju li ġej.

Il-fatt li ċ-ċittadini qed jiġu mhedda li jistgħu jispiċċaw il-ħabs, qanqlu rabja kbira minn bosta, li ddeskrivew din il-miżura bħala waħda ta’ razziżmu. Akkuża li ġiet miċħuda mill-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison.

Bħalissa hemm madwar 9,000 Awstraljan fl-Indja, li sitt mija minnhom huma meqjusa bħala vulnerabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend