Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa ndarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li tat l-ewwel għajnuna lir-raġel.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin