Notifiki

Jindarab gravi wara li ħabat bil-mutur f’Santa Venera

Raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Toyota Aygo, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 27 sena mir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar, fi Triq Reġjonali, f’Santa Venera.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend