Notifiki

Is-sena l-oħra ġew irreġistrati 4,713-il negozju aktar mis-sena ta’ qabel

Is-sena l-oħra, is-sena li fiha faqqgħet il-pandemija, kien hemm żieda t’aktar minn 4,700 negozju fuq is-sena ta’ qabel.

Dan skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

L-NSO qal li fl-2020 kien hemm ftit iżjed minn 130,700 negozju, li fisser żieda ta’ 3.7% fuq is-sena ta’ qabel.

Il-biċċa l-kbira tan-negozji kienu jimpjegaw sa disa’ persuni.

Kien hemm ukoll 135 negozju massiċċ li jqalla’ l-ħobża ta’ kuljum lil mitejn u ħamsin persuna jew iżjed.

In-numru ta’ negozji li jimpjegaw sa disa’ persuni żdied b’4,619.

Kien hemm ukoll żieda fin-numru ta’ negozji li jimpjegaw bejn għaxar persuni iżda inqas minn ħamsin persuna.

L-akbar ammont ta’ negozji kien jinvolvi ħwienet fosthom dawk li jbigħu bl-imnut.

Kien hemm ukoll ammont sostanzjali ta’ negozji fis-settur tat-tiswija tal-karozzi u muturi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend