Il-Wage Supplement ta’ Malta fost l-aktar ta’ suċċess fl-Ewropa

L-iskema tal-Covid Wage Supplement kienet ħafna iktar effettiva u ta’ suċċess minn skemi simili madwar l-Ewropa.

Dan kien is-sentiment ta’ ekonomisti ewlenin f’pajjiżna wara li wettqu analiżi ekonomika ta’ din l-iskema mas-sit The Journal.mt.  l-analiżi tal-ekonomisti juri li l-iskema tal-Covid Wage Supplement kopriet madwar nofs l-impjegati fis-settur privat f’Malta.

F’ċertu setturi din l-iskema saħansitra kopriet il-100% tal-impjegati.

L-ekonomisti Maltin, jinnutaw ukoll kif grazzi għall-iskema tal-Covid Wage Supplement, li għaliha sa issa ntefqu madwar nofs biljun ewro, f’pajjiżna fl-2020 kellna 67,460 persuna jaħdmu f’setturi bħal dawk tal-akkomodazzjoni u t-trasportazzjoni.

Żieda ta’ 1,060 impegat mill-2019.

Meta dan jitqabbel maż-Żona Ewro, intilfu mal-1,700,000 impjieg, b’nuqqas medju ta’ 3%.

L-aktar pajjiżi affetwati kienu l-Estonja b’telf ta’ 8.5% tal-impjiegi u Spanja b’telf ta’ 8.1% tal-impjiegi.

Dan skont statistika mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.

Fil-fatt, il-kumpens għal dawn l-impjegati f’Malta permezz tal-Covid Wage Supplement fisser biss 6% inqas fid-dħul mill-2019. B’kuntrast, l-istatistika tindika li l-kumpens tal-ħaddiema fi Spanja naqqas is-salarji b’19.3% filwaqt li f’Ċipru t-tnaqqis kien ta’ 16% u 15% fl-Italja.

L-ekonomista Maltin itemmu jgħidu wkoll kif l-iskema tal-Covid Wage Supplement f’Malta għandha żewġ vantaġġi ewlenin.

Dik li tħalli lil min iħaddem juża l-ħaddiema tiegħu skont il-bżonn filwaqt li jibqgħu jgawdu mill-iskema u li tipproteġi lill-ħaddiema bi dħul baxx billi xorta waħda jaqilgħu it-€800 b’mod komplet.

F’pajjiżi oħra l-iskema tinħadem b’mod li talloka persentaġġ tal-paga tal-impjegat irrispettivament minn kemm tammonta l-paga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend