Notifiki

Il-vaċċin tal-Pfizer kien l-aktar li ntuża sa issa f’Malta

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta’ dettalji dwar l-etajiet differenti ta’ persuni li rċivew l-vaċċin kontra l-Covid-19.

Il-Ministru Fearne spjega li sal-bidu ta’ dan ix-xahar, b’kollox bil-vaċċin tal-Pfizer ingħataw aktar minn 221,000 tilqima u bil-vaċċin tal-AstraZeneca ngħataw qrib il-100,000 doża.

Bil-vaċċin tal-Pfizer tlaqqmu ngħataw 41,370 doża lil persuni li għandhom iktar minn 80 sena.

66,286 doża tal-Pfizer ħaduhom persuni li jgħoddu bejn is-70 u d-79 sena.

28,566 doża tal-vaċċin tal-Pfizer ħaduhom persuni li għandhom bejn is-60 u d-69 sena u 84,921 doża ħaduhom persuni ta’ etajiet oħra.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ppubblika wkoll lista li tindika n-numru ta’ tilqim tal-vaċċin Astrazeneca li ngħata sal-1 ta’ Mejju.

Bil-vaċċin tal-AstraZeneca 32,025 doża ngħataw lil persuni li jgħoddu bejn is-60 u d-69 sena.

67,909 dożi tal-AstraZeneca ttieħdu minn persuni ta’ etajiet oħra.

Intant il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li f’Għawdex s’issa nħataw xejn inqas min 23,627 tilqima, fejn 12,293 minnhom ingħataw propju mill-Gozo Conference and Expo Centre fir-Rabat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend