Notifiki

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ pajjiżna jkompli jiġi nnutat internazzjonalment

Is-suċċess fil-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ pajjiżna qed ikompli jiġi nnutat fuq is-siti internazzjonali.

Issa kien imiss is-sit Belġjan, RTFB, li f’artiklu l-Ħadd innota kif pajjiżna laqqam ftit iżjed min nofs il-popolazzjoni b’min tal-anqas bl-ewwel doża tal-vaċċin u huwa l-iżjed pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laqqam nies mill-popolazzjoni tiegħu.

Is-sit Belġjan innota wkoll kif madwar 24% tal-popolazzjoni ħadet iż-żewġ dożi kontra l-vaċċin u tinsab imlaqqma kompletament. Ġie nnutat ukoll kif pajjiżna hawnhekk ukoll jinsab l-ewwel fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Wara Malta, is-sit Belġjan irrapporta li hemm l-Ungerija, fejn pajjiżna laqqam għaxra fil-mija iżjed minn dan il-pajjiż. Is-sit RTBF rrapporta kif l-Ungerija mhux qed tuża l-istess strateġija bħal tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif dan il-pajjiż qed juża t-tilqim Russu u Ċiniż, flimkien mat-tilqim approvat mill-Unjoni Ewropea.

Is-sit semma kif il-Belġju jinsab mal-ewwel ħames pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, hekk kif din il-ġimgħa laqqam ‘il fuq minn tliet miljun persuna, iżda l-perċentaġġ ta’ Malta ta kemm laqqam nies jinsab id-doppju milli hemm f’dan il-pajjiż .

L-artiklu bl-isem ta’ ‘How Malta became the European champion of the Covid-19 vaccination’ ġie nnutat ukoll li minn nhar it-Tlieta li ġej se tiftaħ ir-reġistrazzjoni għall-persuni li għandhom iżjed minn 30 sena. Intqal ukoll kif pajjiżna qed jagħmel użu tat-tilqim, hekk kif meta qed jasal it-tilqim, dan qed jingħata f’qasir żmien.

Ġie msemmi wkoll kif il-Financial Times, din il-ġimgħa rrapportat kif pajjiżna se jilħaq l-immunità tal-poplu sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej.

Il-ġurnal Belġjan semma wkoll kif dawk it-turisti li se jagħżlu l-pajjiżna matul is-sajf u se jingħataw inċentiv meta jibbukkjaw li jgħixu f’lukanda.

Aqra wkoll:

Minn Frar sa April ir-rata ta’ tilqim kważi ttripplat

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend