Notifiki

Il-Prim Ministru jitlaqqam kontra l-Covid-19

Il-Prim Ministru Robert Abela tlaqqam kontra l-Covid-19.

F’ritratt li ppubblika fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Prim Ministru jidher jieħu l-ewwel doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca.

Wara li ħa t-tilqima, il-Prim Ministru appella biex kull min jista’, għandu jieħu t-tilqima, għaliex biha nistgħu nattakkaw il-virus u nipproteġu lil xulxin.

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema u volontiera kollha li qegħdin jaħdmu fiċ-ċentri tat-tilqim għas-servizz eċċellenti li qed joffru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend