Il-partit tal-Prim Ministru Indjan falla milli jirbaħ l-istati ewlenin fl-elezzjonijiet li saru fi sfond ta’ kriżi ta’ pandemija li laqtet lil dan il-pajjiż fl-aħħar jiem.
Il-Prim Ministru ġie akkużat mill-votanti li kien qed jiffoka aktar fuq kemm se jġib voti milli kif se jikkontrolla l-pandemija tal-Coronavirus f’pajjiżu.
F’għaxart ijiem sħaħ, il-każijiet ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 fl-Indja laħqu it t-300,000, filwaqt li fil-jum tal-Ħadd l-Indja rreġistrat rekord ta’ mwiet f’ġurnata.
L-isptarijiet fl-Indja bħalissa qed jikkrollaw, hekk kif ma hemmx biżżejjed sodod u ossiġinu biex dawk fil-bżonn jingħataw il-kura.
Intant, il-Gvern Malti, b’turija ta’ solidarjetà, se jkun qed jibgħat magni tal-ossiġnu lill-Indja.