Notifiki

BIL-FILMAT: L-Awditur li ħatar Hyzler kien instab ħati ta’ negliġenza mill-Qorti

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ħatar konsulent fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu bħala awditur li kien instab ħati ta’ reati serji fil-Qorti, sabiex jinvestiga u janalizza d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Membri Parlamentari.

Irrimarka dan il-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield waqt diskors fil-ħin tal-aġġornament parlamentari.

Bedingfield qal dan b’reazzjoni għad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler dwar il-persons of trust mal-Gvern.

Glenn Bedingfield fakkar kif George Hyzler ħatar konsulent bħala awditur li kien instab ħati mill-Qorti b’negliġenza.

Fakkar ukoll kif konsulent ieħor fl-Uffiċċju ta’ George Hyzler għandu membru tal-familja tiegħu li huwa attivist tas-soċjetà ċivili.

L-istess soċjetà ċivili li diversi drabi tiktiblu biex tinvestiga lin-naħa tal-Gvern.

Bedingfield sostna li anke jekk ma hemmx kunflitt ta’ interess, il-perċezzjoni minnha nnifisha hija ħażina.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista rrimarka wkoll kif Hyzler baqa’ ma tax spjegazzjoni għaliex għażel lil dan il-konsulent partikolari sabiex jifforma parti mill-ħidma tal-uffiċċju tiegħu.

Tul id-diskors tiegħu, Glenn Bedingfield kompla jirrimarka kif saħansitra persuna oħra fl-uffiċċju ta’ George Hyzler, minn fuq dar il-Gvern u l-poplu, tellgħet kont tat-telefon minn linja fissa ta’ aktar minn €3000.

Bedingfield sostna li dawn kollha huma fatti li ma jista’ jmerihom ħadd u l-Kummissarju tal-Istandards jagħmel tajjeb li jinvestigahom jekk irid li jieħu l-kariga tiegħu bis-serjetà.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista tenna li min ma jagħtix informazzjoni korretta lill-Parlament għandu jwieġeb għal għemilu jekk ma jikkoreġix dik l-informazzjoni.

Temm jgħid li l-liġi għandha tiġi emendata sabiex fil-futur, il-Kummissarju għall-Istandards ma jkunx eks Membru Parlamentari.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend