Notifiki

1,058 multa f’ġimgħa oħra ta’ infurzar favur it-trażżin tal-imxija

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw aktar minn 1,00 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.

Il-maġġoranza tal-multi, kważi 800, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.

Inħarġu wkoll 160  multa għal nies li nġabru fi grupp iktar minn dak permess fil-pubbliku.

Kien hemm ukoll 83 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.

Barra minn hekk, 8 stabbilimenti weħlu multa għax kisru il-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 7 persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend