Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena minn Bormla jindab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 52 sena li jgħix Bormla kien qed isuq mutur KTM u skidja.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend