Notifiki

Aktar minn 1,000 immigrant qasam lejn l-Ewropa tul tmiem il-ġimgħa

Tul tmiem il-ġimgħa kienu mijiet ta’ immigranti li ppruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran mil-Libja lejn l-Ewropa. Tul l-istess perjodu ddaħħlu l-Italja mas-700 immigrant li ġew interċettati mill-Gwardja tal-Kosta Taljana u mill-bastiment Ocean Viking tal-għaqda mhux governattiva SOS Mediterranee.

Il-Gwardja tal-Kosta Taljana u l-Awtoritajiet responsabbli mill-fruntieri Taljani waħedhom interċettaw mal-530 immigrant bil-bastiment Ocean Viking interċetta 236 persuna oħra.

Bħalissa, jbaħħar f’ibħra internazzjonali hemm ukoll il-vapur tal-għaqda mhux governattiva Sea Watch, Sea Watch 4 li għandu abbord aktar minn 400 immigrant li ġew interċettati minn fuq numru ta’ dgħajes u dinghies li kollha kienu fi triqithom lejn l-Ewropa.

Min-naħa l-Gwardja tal-Kosta Libjana wkoll kellha tmiem il-ġimgħa impenjattiv ħafna hekk kif permezz tal-lanċa Fezzan ġew interċettati u salvati aktar minn 340 immigrant minn ibħra Libjani. Fl-aħħar jumejn, ġew interċettati wkoll mal-200 immigrant ieħor mill-awtoritajiet Libjani. Mal-wasla lura fil-Libja, l-immigranti ngħataw l-assistenza medika u umanitarja minn rappreżentanti tal-Għaqda Internazzjonali tal-Immigranti. Statistika tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjanti tan-Nazzjonijiet Magħquda wera kif minn Jannar sa April, l-awtoritajiet Libjani kienu salvaw aktar minn 5,500 immigrant mill-baħar Mediterran.

Rapport tal-Agenzija Ewropea għall-Kontroll tal-Fruntieri, l-Frontex qal li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena in-numru ta’ immigranti li qasmu ċ-ċentru tal-Mediterran kważi rduppjaw meta wieħed iqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra. F’pajjiżna meta wieħed iqabbel l-ammont t’immigranti li daħlu din is-sena ma dawk li daħlu fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet wieħed jista jara tnaqqis ta’ 924 immigrant, tnaqqis ta’ kważi 94%.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend