Notifiki

L-estensjoni f’San Vinċenz tinkludi 504 sodod ġodda

Il-proġett ta’ erba’ blokok ġodda tal-ogħla livell f’San Vinċenz de Paul jinkludi fih ħames mija u erba’ sodod.

Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Anzjani, b’reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt ta’ tmexxija ta’ dawn il-blokok.

F’din l-istqarrija ntqal kif il-kuntratt huwa ta’ ħmistax-il sena u wara li jgħaddi dan iż-żmien il-blokok se jkunu f’idejn il-Gvern.

Intqal kif il-kuntratt jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-kċina, li tkun mgħammra b’affarijiet tal-ogħla livell.

Il-Ministeru fakkar kif ix-xogħol sar f’ħinu u dawn il-blokok bdew jintużaw f’Lulju tas-sena l-oħra.

F’din l-istqarrija ntqal li l-Gvern għandu rispett lejn l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u se tkun qed issir analizi tar-rapport biex ma jkunx hemm repetizzjoni ta’ fejn seta’ sar aħjar.

Ġie nnutat ukoll li lura fl-elfejn u erbgħa, l-Awditur Ġenerali stess kien semma diversi nuqqasijiet u l-bżonn ta’ aktar sodod.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend