Notifiki

L-Amerika bi strateġija kontra l-armi nukleari tal-Korea ta’ Fuq

Il-Korea ta’ Fuq tinsab urtata u rrabjata għall-Gvern Amerikan, hekk kif dan mistenni jħabbar l-istrateġija tiegħu għal kif se jimxi ma’ dan il-pajjiż immexxi minn dittatur Kim Jong Un u l-programm nukleari tiegħu.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-Istati Uniti qal kif il-President Amerikan Joe Biden mistenni jadotta politika ostili għal dan kollu.

Intant, il-kelliema għall-White House qalet li Joe Biden tgħallem minn amministrazzjonijiet ta’ qablu li skontu fallew milli jwaqqfu lill-Korea ta’ Fuq biex jabbandunaw il-programm ta’armi nukleari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend