Notifiki

Koppja li waslet mill-Indja dal-lejl tirrakkonta vjaġġ ta’ emozzjonijiet biex adottaw żewġt itfal

Stennew fuq ix-xwiek għal ħames xhur biex iġibu lit-tfal li adottaw mill-Indja, u issa, i-koppja Mariello u Louise Spiteri, għandhom il-familja li dejjem xtaqu wara dak li sejħu bħala vjaġġ ta’ emozzjonijiet kbar.

Il-koppja, u ż-żewġ uliedhom Sipun u Jaga, issa jinsabu f’darhom f’Malta, u ma’ ONE News esprimew apprezzament kbir għall-mod kif il-Kummissjoni Għolja Maltija fl-Indja ħadet ħsiebhom tul dan il-vjaġġ.

Spjegaw kif, “Assiguraw li kulħadd kien sigur. L-ambaxxatur għamilna kburin li aħna Maltin, bniedem iddedikat u assigura li konna siguri. Minn dejjem kien disponibbli, kemm qabel tlaqna u anke meta konna hemmhekk, prattikament sakemm wasalna d-dar bqajna f’kuntratt.”

Kien Diċembru meta l-koppja ngħatat l-aħbar li dawn iż-żewġt itfal kienu se jkunu tagħhom.

Qal kif, “L-ewwel kien hemm issue biex jekk nitilgħu nitlaqqmu kontra l-COVID u wara li għadda l-proċess, marti ħarġet pożittiva għall-virus 24 siegħa qabel kellna nitilqu.”

Wara li l-koppja segwiet perjodu ta’ kwarantina, bdew ifeġġu aħbarijiet xejn sbieħ dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija fl-Indja.

Qal, “Kienet it-tielet darba li kkanċellajniha. L-aħbar waslitilna t-Tnejn, u fl-aħħar, il-Ħamis, iddeċidejna u mill-Ħamis għall-Ġimgħa tlajna.”

Ma stajniex ma nistaqsux kif ħassewhom meta sa fl-aħħar, l-erbgħa li huma, iltaqgħu.

Qalu, “Naħseb kollha konna emozzjonati. Kien hemm emozzjonijiet kbar li int tlaqt minn post u se tibda avventura ġdida. Avventura li ħafna jikkunsidrawha jew għaddew minnha meta kellhom 20 jew 30 u jiena ħafna akbar minn hekk. Anke dawk li kienu jieħdu ħsiebhom qabel, bkew x’ħin tlaqna.”

ll-missier temm jgħid kif minkejja li issa l-familja se tibda kapitlu ġdid, it-timbru tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni devastanti li ġab lill-Indja fiha, se tibqa’ f’moħħhom.

Qal, “Li tkun ġej minn hemm tesperjenzaha, u tara pajjiż għal irkupptejh hekk, ija xi ħaġa li timpressjonak u tibqa’ timbru għalik għal għomrok.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend