Notifiki

Jammetti li kien fil-pussess tal-kannabis

Żvediż ta’ disgħa u għoxrin sena inħeles mill-arrest wara li wieġeb ħati għal pussess sempliċi ta’ droga.

Fil-Qorti ntqal kif waqt ronda tal-Pulizija f’Wied il-Għajn, l-imputat inqabad bil-maskra mniżżla u wara tfittxija fil-basket tiegħu, instabu mas-seba’ grammi ta’ kannabis.

Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija f’kull mument.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sitt xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend