Notifiki

Fiequ 20 persuna mill-Covid-19 u feġġew 12-il każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 20 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 12-il każ minn fost 2,036 test.

Dan ifisser li 99.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 0.5% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 871,099 test.

Ingħataw ukoll 339,727 doża tal-vaċċin, u minnhom hemm 108,216 persuna mlaqqma biż-żewġ dożi.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet anzjan ta’ 87 sena li kien pożittiv għall-COVID-19 fl-isptar privat St Thomas.

Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kiteb kif sal-lejla, kwart tal-adulti f’Malta u Għawdex se jkunu ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin, u tlieta u ħamsin fil-mija se jkunu ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend