Notifiki

ESKLUSSIVA: Attivisti Bulgari jkellmuna dwar il-“gideb” ta’ Metsola

Żewġ attivisti Bulgari, illum deputati Parlamentari friski wara l-elezzjonijiet parlamentari fil-pajjiż, jinsabu urtati sew għall-gideb tal-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola.

Fuq il-faċċata tal-gazzetta Kullħadd, b’mod esklussiv ġew ippubblikati siltiet minn żewġ intervisti li l-gazzetta u ONE News għamlu fil-kapitali Bulgara, Sofia, ma’ żewġ attivisti li kellhom sehem qawwi fil-protesti kontra l-Gvern tal-Prim Ministru Boyko Borissov.

Il-protesti saru kontra Borissov, li jinsab akkużat b’korruzzjoni u anki jeżistu allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus fi Spanja marbuta mal-istess Borissov.

Minkejja dan, Roberta Metsola kienet ressqet emendi meqjusa bħala skandalużi f’riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt u t-tħaddim tad-demokrazija fil-Bulgarija.

Hija allegat li d-dimostranti li ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-Bulgarija huma ffinanzjati mill-mafja.

Kien għalhekk li l-poplu Bulgaru laqqam lil Metsola bħala Mrs. Mafia.

Għal dan kollu, l-attivisti, illum Deputati, Borislav Sandov u Nadezhda Yordanova tkellmu ma’ ONE News fejn qalu li dak li qalet Metsola kien gideb.

Siltiet mill-intervisti esklussivi fil-Bulgarija stess jibdew jixxandru fil-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News tal-lejla, fis-sebgħa u nofs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend