Notifiki

Ċelebrazzjoni tal-ħaddiema fl-industrija tal-films

Bit-tema “Industrija tal-Films Sostenibbli”, tnediet kampanja li se tiċċelebra l-ħidma li ssir fl-industrija tal-films f’pajjiżna u tħeġġeġ aktar persuni jingħaqdu fiha.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Fort Rikażli, li fih inġibdu diversi films popolari bħal Gladiator, il-Kummissarju tal-films Johann Grech qal li r-reputazzjoni ta’ Malta f’din l-industrija qed twassal għall-bini ta’ relazzjonijiet ma’ kumpaniji tal-films u studios rinomati.

Qal, “Hija storja ta’ suċċess li hija magħrufa mad-dinja kollha. Huma l-film crews tagħhna li żammew din l-indurstrija għaddejja u taħdem minn ġenerazzjoni għall-oħra.”

L-attur Davide Tucci spjega li huwa importanti ħafna li iktar Maltin jingħaqdu f’din l-industrija sostenibbli, fejn diversi produzzjonijiet barranin qed jaħdmu b’atturi Maltin.

Spjega, “Bħal kollox nemmen li jekk hemm xi ħaġa li tħobb fil-ħajja, agħmilha u tħalli lil ħadd milli jwaqqfek u jżommok lura. Importanti li wieħed jifhem li xogħol huwa twil, iebes, imma fl-aħħar mill-aħħar, għallija personalment li s’issa tajt ħajti lejn din l-industrija hija worth it.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li l-industrija tal-films hija kruċjali wkoll għall-industrija tat-turiżmu, fi żmien meta Malta qed tħares ’il quddiem biex terġa’ tqajjem dan is-settur wara pandemija.

Qal, “Qegħdin nibnu l-karrieri, qegħdin inkomplu insedqu din l-industrija, sabiex minn waħda reziljenti tkun waħda illi tkun il-mutur ta’ pajjiżna. Allura irridu nkomplu naraw illi nsaħħu dak kollu li għamilna fis-snin li għaddew u bħala Gvern se nkunu qegħdin nimbarkaw f’kampanja biex inħeġġu iżjed nies biex jidħlu f’din l-industrija.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend