AĠĠORNAT: Posposta l-logħba bejn Manchester United u Liverpool wara protesti f’Old Trafford

Il-partita bejn Manchester United u Liverpool ġiet posposta, wara li diversi partitarji ta’ Manchester United qed jipprotestaw ġewwa Old Trafford, kontra s-sidien ta’ l-klabb, il-familja Glazer.

Waqt din il-protesta, il-partitarji daħlu ġewwa l-grawnd ta’ Manchester United, Old Trafford u oħrajn jinsabu quddiem il-lukanda fejn hemm il-plejers.

Din il-protesta qed issir ġimgħat wara li l-Viċi Chairman Eżekuttiv tal-klabb, Ed Woodward innegozzja biex il-klabb Ingliż jidħol fil-European Super League.

Hekk kif dan il-kampjonat kien sfaxxa ġurnata wara li tħabbar, Woodward kien ħabbar li se jirriżenja minn din il-kariġa fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend