Notifiki

Mit-Tlieta jibdew jitlaqqmu tat-30+

Minn nhar it-Tlieta li ġej dawk li jgħoddu tletin sena jew aktar se jkunu jistgħu jirreġistraw biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19.

Qal dan f’intervista mxandra fuq ONE, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Il-ġimgħa l-oħra fetħet ir-reġistrazzjoni għat-tlaqqim ta’ dawk li jgħoddu minn erbgħin sena ’l quddiem u fil-bulletin mediku tal-Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat kif diġà tlaqqmu 42% ta’ dawk li għandhom erbgħin u disgħa u erbgħin sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend