Notifiki

Il-Gvern se jassigura l-aħjar użu tal-fondi mill-pjan ta’ rkupru tal-KE

Il-Gvern jinsab fl-aħħar fażi ta’ diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea qabel ma tissottometti l-pjan nazzjonali ta’ rkupru u reżiljenza. Dan wara li f’Lulju li għadda l-Prim Ministru Robert Abela kiseb l-akbar allokazzjoni fl-istorja ta’ fondi Ewropej għal pajjiżna.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li l-pjan tiegħu se jinkludi dettalji dwar kif bi ħsiebu jonfoq it-€320 miljun f’għotjiet allokati għal pajjiżna.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej iċċara wkoll li mhux minnu li hemm xi konsegwenza għaliex il-pjan ma ġiex sottomess sal-aħħar ta’ April, id-data li l-Kummissjoni Ewropea stess tikkonferma li hija sempliċiment data ta’ orjentazzjoni.

Fil-fatt, sat-30 ta’ April, tmien stati membri biss issottomettew il-pjan ta’ rkupru tagħhom filwaqt li l-oħrajn għadhom fi stadju simili għal dak ta’ Malta.

Il-Gvern innota wkoll li d-diskussjonijet li qed isiru għandhom iwasslu biex la l-pjan ikun sottomess, jiġi approvat bla dewmien u jkun jista’ jibda l-investiment minnufih. Ikkonferma wkoll li se jippreżenta dan il-pjan fil-Parlament, anke jekk mhux obbligat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend