Notifiki

Ted u Stan iwasslu għal sejba ta’ pakketti b’sustanza suspettuża

Ix-xamma ta’ Ted u Stan wasslet għal sejba ta’ erbgħa pakketti li waslu bil-posta li nstab li kellhom sustanzi narkotiċi.

Waqt tfittxija rutina mid-Dipartiment tad-Dwana, kemm Ted kif ukoll Stan irreaġixxew meta xammew erba’ pakketti partikolari.

Ġara li wara li uffiċjali mid-Dwana komplew bit-tfittxija, instab li l-erba’ pakketti kien fihom trab abjad, pilloli u kif ukoll tip ta’ ħaxix. Il-pakketti kienu ġejjin mill-Olanda, l-Italja u r-Renju Unit.

L-erba’ pakketti ngħaddew lill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għal aktar investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend