42% tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 40 sena diġà ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, waqt il-bulettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.
Dan l-ammont wasal ġimgħa wara li nfetħet ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom iżjed minn 40 sena għat-tilqima tal-Covid-19.
Il-Professur Gauci qalet ukoll li 67%, jiġifieri żewġ terzi ta’ dawk li għandom iżjed minn 50 sena tlaqqmu.
Dan filwaqt, li 94% ta’ dawk li għandhom 60 sena ‘il fuq tlaqqmu.
Hawnhekk, il-Professur Gauci appellat li dawk f’din il-kategorija tal-età, li għadhom ma rċievewx invit għat-tilqima, sabiex iċemplu fuq in-numru 145.