L-għaqda studenteska Pulse ħarġet b’kampanja bl-isem ta’ ‘Focus’, li se twassal biex l-istudenti jkollhom pjattaforma fejn jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.
L-għan ta’ din il-kampanja hija li l-istudenti jwasslu l-fehma tagħhom fuq diversi suġġetti li jolqtu lill-istudenti fil-ħajja ta’ kuljum.
Din il-kampanja tal-Pulse se tiffoka fuq tliet prinċipji, li huma l-edukazzjoni, l-ambjent u l-ġid tas-soċjetà.
F’kummenti ma’ one.com.mt, il-President tal-Għaqda Pulse Isaak Koroma appella lill-istudenti sabiex jappertiċipaw f’din il-kampanja sabiex ikunu parti minn din il-bidla.