Notifiki

Jinħatar biex jirrappreżenta lis-Soċjalisti fi proċess importanti Parlamentari wara l-pandemija

L-Ewro Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba nħatar biex jirrappreżenta lill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fi proċess ġdid ta’ riflessjoni “Il-Parlament wara l-pandemija.”

Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, nieda din l-inizjattiva biex tinħoloq riflessjoni wiesgħa mill-qiegħ dwar “Reviżjoni tad-Demokrazija tal-Parlament – Parlament Ewropew aktar b’saħħtu wara Covid-19.”

Fi stqarrija Dr Agius Saliba qal li jħossu onorat li nħatar u ġie fdat mill-grupp politiku tiegħu biex jirrappreżenta lis-Soċjalisti u d-Demokratiċi f’dan il-proċess ta’ riforma importanti.

Saħaq li hu jemmen li din hija opportunità biex immexxi ‘l quddiem ideat li jistgħu jwasslu għal Parlament aktar reżiljenti u effettiv li jkun ukoll imħejji aħjar biex jittratta kriżijiet jew avvenimenti futuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend