Kull ħaddiem f’pajjiżna jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.
Dan intqal mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, waqt żjara lill-ħaddiema ta’ tliet kumpaniji, fl-okkażjoni tal-ġimgħa ta’ Jum il-Ħaddiem.
Il-kumpaniji fost oħrajn jipprovdu servizzi anċillari lill-qasam turistiku.
Waqt din iż-żjara, il-Ministru Carmelo Abela stqarr kif il-ħaddiema għandhom irwol importanti, hekk kif dawn jikkontribwixxu lejn is-suċċess tagħhom u tal-intrapriża fejn jaħdmu.
Qal ukoll li l-ħaddiema huma l-unika riżorsa f’pajjiżna u żied jgħid kif il-pajjiż għandu joħroġ l-aħjar mill-ħaddiem billi jassigura l-aqwa kundizzjonijiet tax-xogħol.