Notifiki

Aktar minn 40 persuna mejta f’pellegrinaġġ reliġjuż fl-Iżrael

Minn tal-inqas erbgħa u erbgħin persuna nqatlu f’pellegrinaġġ reliġjuż fl-Iżrael.Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu ddeskriva x-xena bħala waħda ta’ diżastru kbir u qal li qed jitlob għall-midruba, hekk kif hemm għexieren ta’ vittmi oħra li jinsabu f’qagħda kritika.

Il-pellegrinaġġ li kien qed isir f’Mount Meron, kien l-akbar attività li saret fil-pajjiż mindu bdiet il-pandemija, u ra l-attendenza ta’ għexieren ta’ eluf ta’ persuni, minkejja biżgħat li l-virus jista’ jinfirex u jerġgħu jiżdiedu l-każijiet.

Għexieren ta’ ambulanzi kienu fuq il-post fejn iddominat ix-xena ta’ iġsma bla ħajja mgħottija bil-fojl.

L-ewwel rapporti qalu li sfrondat struttura fuq il-post, imma aktar tard irriżulta li l-każ seħħ meta persuni bdew jirfsu fuq xulxin.

Jidher li kien hemm uħud li żelqu fuq xi turġien, b’riżultat li kulħadd beda jaqa’ fuq xulxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend