Notifiki

Se jitressqu żewġ persuni oħra fuq ħasil ta’ flus wara l-prosekuzzjoni tal-20 ta’ Marzu

Fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar, żewġ persuni oħra se jitressqu l-Qorti mixlija b’ħasil ta’ flus u frodi fost oħrajn.

Dawn iż-żewġ persuni se jitressqu quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea b’rabta ma’ investigazzjoni mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjari, f’għeluq ta’ Inkjesta Maġisterjali fejn kienu diġà ttieħdu passi kriminali kontra diversi persuni.

Fil-fatt fl-20 ta’ Marzu li għadda, ħdax-il persuna tressqu mixlija fuq ħasil ta’ flus, korruzzjoni u frodi fost oħrajn.

Fost dawk li kienu tressqu kien hemm Keith Schembri u l-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers, Vince Buhagiar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend