Notifiki

Rapporti jgħidu li Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval

Rapporti fil-midja qalu li Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval.

Il-Kumitat t’esperti kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa vvota favur rapport dwar Malta.

Ir-rapporti fil-midja jgħidu li għalkemm ir-rapport mistenni jkun ippubblikat fis-sajf, il-kontenut tiegħu jirrikonoxxi r-riformi li wettaq il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela favur il-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-kriminalità finanzjarja.

B’rabta ma’ dawn ir-rapporti fil-midja, il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji ħarġet stqarrija u laqgħet dan l-iżvilupp pożittiv.

Qalet li hija xi ħaġa eċċezzjonali li waqt li pajjiżna kien qed jiġġieled pandemija rnexxielu wkoll jegħleb sfida rigoruża oħra.

Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji awguraw lill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana għal dan ir-riżultat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend