Notifiki

Melvin Theuma jtenni li Yorgen Fenech huwa l-mandant fil-qtil ta’ DCG

Melvin Theuma tenna li l-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa biss Yorgen Fenech.

Dan sostnieh fil-Qorti meta xehed għall-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-aħwa tal-Maksar, Adrian u Robert Aguis, fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

“Tani mija u ħamsin elf ewro, ħadd ma tani xejn iżjed”, saħaq taħt ġurament il-middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Theuma stqarr li wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien beda jixrob u jieħu l-pilloli għaliex kien konvint li Fenech kien se joqtlu sabiex ma jinkixifx.

Qal li kien ikkunsidra jagħmel suwiċidju u għalhekk kien mar jagħmel testament.

Intant xehdet Josephine Bugeja, mara li qalet li aċċettat li karozza tiġi reġistrata f’isimha.

Intqal kif fil-karozza inkwistjoni nstabet id-droga u hija ma tafx f’isem min ħadet il-karozza f’isimha.

Hija ma kinitx kapaċi tagħraf il-persuna li ħadet f’isimha l-karozza, fl-awla.

Qalet li ħadet il-karozza f’isimha b’rispett lejn żewġha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend