Notifiki

Il-PL jgħid li wara l-vot fil-PE dwar Malta toħroġ il-prova li fil-PN ma nbidel xejn

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-manuvri kontra Malta mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista u l-eks Kap tal-istess Partit, Simon Busuttil, huma prova oħra li fil-Partit Nazzjonalista baqa’ ma nbidel xejn.

Il-Partit Laburista sostna li meta ħadmu biex tinħoloq riżoluzzjoni kontra Malta, il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista injoraw għalkollox l-iżviluppi li seħħew f’pajjiżna favur il-ġustizzja, kif ukoll ir-riformi kbar favur is-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

“Huwa ironiku kif riformi li għandhom iċ-ċertifikat ta’ istituzzjonijiet bħal Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni Venezja u anke l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ġew injorati għal skop partiġjan”, tenna l-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista sostna li l-Maltin drawh sew il-logħob tal-Partit Nazzjonalista li jiftiehem ma’ ħaddieħor biex jidher fuq quddiem minflokhom imbagħad jappoġjawh lura.

Il-Partit Laburista saħaq li l-ironija hi li mbagħad il-Partit Nazzjonalista iħallas lura billi jaqbeż għal pajjiżi oħra filwaqt li jkasbar lil Malta.

“Il-Maltin jafu li reġgħu kienu l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista li ddefendew l-interessi tagħhom. Il-Maltin jafu wkoll li din hi prova oħra li fil-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ma nbidel xejn. Dan għax it-tmexxija għadha maħkuma mill-istess ponn ta’ nies li trid tkisser lill-pajjiżna għall-gwadann politiku partiġjan”, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ara wkoll:

MEPs jirrimarkaw id-deċiżjonijiet li ħa l-PM Malti favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan il vot juri kemm l EU hija demokratika.Xi xhur ilu smajna w grajna li mep kien qed jaghmel uzu hazin ta flus mill EU.Dan veru u jekk veru fix waslu l proceduri.Olaf qed tinvestiga dan il kaz.?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend