Notifiki

Fiequ 31 persuna mill-Covid-19 u feġġew 27 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 31 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 27 każ minn fost 2,040 test.

Dan ifisser li 98.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.3% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 865,521 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 326,934 doża. Minnhom,104,464 persuna ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurati l-ebda imwiet b’rabta mal-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend