Fl-aħħar sigħat, fiequ 41 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 15-il każ minn fost 1,690 test.Dan ifisser li 99.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 0.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 863,481 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 323,324 doża tat-tilqim. Minnhom, 103,882 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar sigħat, ma kienu rreġistrati l-ebda mwiet marbuta kawża tal-COVID-19.