Eks Supretendent tal-Pulizija arrestat b’rabta ma’ allegat ħruġ ta’ informazzjoni dwar Melvin Theuma

L-Eks-Supretendent tal-Pulizija, Ray Aquilina, ġie arrestat u qed jiġi interrogat fejn qed ikun implikat li ħareġ informazzjoni b’rabta mal-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapport tat-Times qal kif Aquilina qed jiġi interrogat b’rabta ma’ allegazzjonijiet li jinkludu ħruġ ta’ informazzjoni dwar rejds li kellhom isiru fuq ħasil ta’ flus lil Melvin Theuma, il-middleman fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

L-interrogazzjonijiet qed isiru fit-Taqsima għar-Reati Ekonomiċi f’Santa Venera.

Theuma xehed fil-Qorti dwar kif kien qed jistenna li jirċievi lista bid-dettalji dwar liema proprjetajiet li kellu, kienu se jġu rrejdjati f’Novembru tal-2019, bil-lista kellha tasal mingħand Aquilina.

L-istess rapport jgħid li l-Pulizija użat ir-rejd dwar il-ħasil ta’ flus biex jiksbu aċċess fil-proprjetà ta’ Theuma u jiksbu t-tapes sigrieta li kellu bejnu u bejn Yorgen Fenech.

Intqal kif fl-istess recordings ntqal kif Theuma u s-sieħeb fin-negozju ta’ Fenech, Johann Cremona, ġie rrapportat li ddiskuta pjan biex iqabbdu lil Aquilina jwaqqa’ l-akkużi mħejjija dwar ħasil ta’ flus.

Ritratt: Independent

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend