Notifiki

L-MHRA tilqa’ l-aħħar pakkett t’għajnuna t’€20 miljun imħabbar mill-Gvern

L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA laqgħet b’sodisfazzjon l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern lin-negozji u l-ħaddiema matul iż-żmien diffiċli tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra nnota l-għajnuna finanzjarja kontinwa li l-Gvern qed jagħti lin-negozji.

Qal li dan juri li dan il-Gvern jemmen li għandu jinvesti fl-ekonomija sabiex negħlbu b’suċċess l-isfida tal-pandemija.

L-MHRA laqgħet b’sodisfazzjon l-iskemi li tħabbru dalgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostennibli Miriam Dalli.

Din l-Assoċjazzjoni faħħret kemm l-estensjoni ta’ inċentivi ġa eżistenti, it-tibdil ta’ oħrajn u t-tnedija ta’ inċentivi ġodda li se jgħinu lil-lukandi u r-ristoranti kemm b’mod dirett u anke b’mod indirett.

Dan sabiex dawn in-negozji jkunu jistgħu jippreparaw irwieħom għall-istaġun tas-sajf.

Ara wkoll:

€20 miljun oħra f’pakkett t’għajnuna ieħor mimli inċentivi għan-negozji

Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji tinnota li l-iskemi mħabbra mill-Gvern se jagħtu appoġġ lin-negozji

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend