L-Amerika se tagħti mas-sittin miljun doża tal-AstraZeneca lil pajjiżi li għandhom bżonn

L-Amerika se tagħti mas-sittin miljun doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19 lil pajjiżi oħra madwar id-dinja tul ix-xhur li ġejjin.

Hu mifhum li l-Gvern Amerikan għandu ħażna ta’ dożi ta’ dan il-vaċċin, u se jkun jista’ jqassam xi dożi lil pajjiżi aktar fil-bżonn kif dawn ikunu disponibbli.

Ix-xahar li għadda kien diġà wiegħed erba’ miljun doża tal-vaċċin lill-Messiku u l-Kanada, u l-kriżi riċenti fl-Indja wkoll jidher li tefgħet pressjoni fuq l-Amministrazzjoni ta’ Joe Biden biex toffri l-għajnuna mir-riżorsi li għandha fil-qasam tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend