Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji tinnota li l-iskemi mħabbra mill-Gvern se jagħtu appoġġ lin-negozji

Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji laqgħet l-iskemi t’għajnuna li ħabbar dalgħodu l-Gvern biex jibqa’ jgħin lin-negozji.

Ftit wara li l-Gvern ta pakkett t’għajnuna ieħor mimli inċentivi għan-negozji, li jammonta għoxrin miljun ewro, il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji ħarġet stqarrija li fiha qalet li l-iskemi mħabbra huma mmirati li jgħinu lin-negozji fl-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iżda anki jinkoraġixxi l-investiment.

Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji faħħret lil Gvern, partikolarment lil Ministru għall-Intrapriżi Miriam Dalli, talli b’riżultat ta’ konsultazzjonijiet tħabbru dawn l-iskemi.

Intqal kif bis-suċċessi fil-qasam tas-saħħa u bi pjan għall-irkupru ekonomiku, in-negozji qed iħarsu ’l quddiem biex jerġgħu jibdew idawru r-rota.

Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji rrikonoxxiet ukoll dak li qal il-Prim Ministru Robert.

“Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, l-iskemi t’appoġġ waqt il-pandemija kienu kruċjali biex ġew salvati n-negozji”, saħqet il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji.

Aqra wkoll:

€20 miljun oħra f’pakkett t’għajnuna ieħor mimli inċentivi għan-negozji

L-MHRA tilqa’ l-aħħar pakkett t’għajnuna t’€20 miljun imħabbar mill-Gvern

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Appart li l-gvern sewwa qiegħed jagħmel jagħti l-għajnuna lin-negozji speċjalment sabiex jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema iżda ma’ stajtx ma’ naħsibx bejni u bejn ruħi li meta jkunu fil-glorja dawn in-negozji ma’ jridu ndħil ta’ ħadd u wisq iktar tal-gvern iżda meta jkunu ser jegħrqu tarahom iridu lill-gvern jindaħal biex jgħinhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend