Fiequ 67 persuna mill-Covid-19 u feġġew 45 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 67 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 45 każ minn fost 1,512-il test.

Dan ifisser li 97% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 861,791 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 318,706 dożi. Minnhom, 102,535 persuna ħadu t-tieni doża.

Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurati l-ebda imwiet b’rabta mal-Covid-19.

Ara wkoll:

Ir-Renju Unit fuq il-lista l-oranġjo flok fuq dik ħamra

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend