Notifiki

800 negozju ġdid bdew igawdu mill-Wage Supplement 

F’Marzu ta’ din is-sena, madwar tmien mitt negozju ġdid bdew igawdu mill-għajnuna tal-Gvern, dik tal-Covid Wage Supplement.

Dan minn informazzjoni li kiseb ONE News mill-Ministeru għall-Intrapriża, li wriet li mix-xahar li għadda din l-għajnuna bdiet tingħata lil aktar negozji f’pajjiżna.

Mill-bidu tal-pandemija, minn meta l-Gvern beda jħallas il-pagi lin-negozji, il-Gvern investa 400 miljun ewro.

Minn dan l-inċentiv, b’kollox kien hemm sbatax-il elf, seba’ mija sitta u sebgħin negozju li rċievew il-Covid Wage Supplement.

Minn dawn, tnax-il elf tlett mija ħamsa u sittin kienu kumpaniji li jaħdmu għal rashom.

Il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli li qalet il-ħaddiema huma ta’ prijorità għal dan il-Gvern, li  waqt pandemija qed jagħti l-għajnuna meħtieġa sabiex isalva l-impjiegi.

Qalet, “Filfatt għalina l-Covid Wage Supplement huwa importantismu ngħinu lin-negozji u biex finalment ngħinu lill-ħaddiema. Meta ħarġet il-legal notice li introduċiet numru ta’ restrizzjonijiet u allura kellna negozji li bilfors kellhom jagħlqu, aħna aċċertajna ruħna li nagħtu opportunità oħra lil dawk in-negozji biex ikunu jistgħu japplikaw għall-ħaddiema kollha li għandhom fuq il-kotba tagħhom u japplikaw għal wage supplement.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend