Vouchers ta’ €100 għal turisti li jiġu biex jgħoddsu jew jipparteċipaw f’attività sportiva

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tniedi żewġ skemi ġodda biex iħajru turisti fil-qasam sportiv u anke dawk tad-diving lejn pajjiżna.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo f’konferenza tal-Gvern.

Il-Ministru Bartolo spjega li għal dawk it-turisti involuti fil-qasam tad-diving, tnediet skema ta’ kontribuzzjoni b’budget allokat ta’ €750,000.

Permezz ta’ din l-iskema se tingħata għotja ta’ €100 f’vouchers għal kull turist barrani li għandu l-intenzjoni li jiġi Malta biex jippratika dan il-passatemp.

Turist ser ikun jista’ japplika permezz ta’ google form fuq is-sit ta’ VisitMalta fejn fost l-oħrajn irid jippreżenta anke kopja biljetti tal-ajru.

Il-Ministru Bartolo stqarr: “Minn €750,000, l-effett ġenerali fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna se jkun qed ilaħħaq it-€12-il miljun bi €3 miljun minnhom direttament imorru fl-ekonomija Għawdex. Għal darb;’oħra dan juri s-serjetà li qed naħdmu biha fejn jidħlu dawn l-iskemi u dan il-pjan ta’ rkupru li qed iniedu ġimgħa wara l-oħra.”

It-tieni skema, dik li se tattira t-turiżmu sportiv b’budget ta’ €1,500,000 se tkun qed tinkludi wkoll it-tqassim ta’ vouchers ta’ €100.

Organizzaturi ta’ attivitajiet sportivi jridu japplikaw mal-MTA biex ikunu jistgħu jilqgħu dawn il-vouchers.

Din l-iskema ma tapplikax għal persuni barranin li jgħixu f’Malta u se tkun qed tidħol fis-seħħ minn Lulju ta’ din is-sena.

Dawn iż-żewġ skemi jikkumplimentaw skemi li diġà nħarġu fosthom dik tal-għotja finanzjarja lit-turisti abbażi tal-istillel li tħaddan il-lukanda li jibbukjaw direttament magħha.

Fil-fatt, il-Ministru Clayton Bartolo spjega li l-prospetti turistiċi għas-Sajf li ġej, grazzi għall-inċentivi tal-Gvern, diġà jidhru tajbin ħafna speċjalment għal Ġunju li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend