Tlaqqmu kważi 60% tal-50+ f’inqas minn ġimagħtejn li bdiet ir-reġistrazzjoni għall-vaċċin

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat kif fost oħrajn, mill-persuni li għandhom 50 u 59 sena diġà tlaqqmu kważi 60%.

Dan minkejja li t-tilqim għal din il-faxxa tal-età fetaħ b’reġistrazzjoni, ftit inqas minn ġimagħtejn ilu.

Ir-rata ta’ tilqim fost etajiet oħra hija s-segwenti:
• 85+ sena = 93%
• 80+ sena = 89%
• 70+ sena = 90%
• 60+ sena = 85%

Il-Professur Gauci spjegat ukoll kif bħalissa, l-medja ta’ każijiet pożittivi kuljum hija ta’ 38 u r-rata ta’ każijiet pożittivi hija ta’ 2.1%.

67% tal-każijiet pożittivi kollha huma tal-varjant Ingliż.

Dan filwaqt bħalissa f’pajjiżna għandna erba’ każijiet tal-varjant mill-Afrika ta’ isfel u tliet każijiet tal-varjant Brażiljan.

Fost il-każijiet l-attivi li hemm bħalissa, 74 persuna qed jingħataw il-kura fl-isptarijiet Maltin, tmienja minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura intensiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend