Pawlu Borg Olivier irid li l-PM jixhed f’kawża biex jiddaħħlu l-immigranti

Fil-Qorti kompla l-każ li fetħet l-għaqda Repubblika kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta, Jeffrey Curmi sabiex jiddaħlu madwar ħamsin immigrant f’pajjiżna.

Il-każ imur lura għall-April ta’ sena ilu, hekk kif dawn l-immigranti ma ddaħħlux f’pajjiżna minħabba l-imxija.

Waqt is-seduta, l-Avukat tal-għaqda Repubblika, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier tmasħan ħafna, tant li beda ħiereġ id-demm minn idejh bit-tisbit li beda jsabbat fl-awla.

Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff, Pawlu Borg Olivier ma bediex iħalli lill-Avukat tal-Istat Dr Christopher Soler jgħid l-affarijiet tiegħu.

L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal sabiex fis-seduta li jmiss ta’ din il-kawża jixhed il-Prim Ministru Robert Abela.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. U dazgur ihabbat kemm jiflah, l’iktar jekk jitlef il kawza u jehlu l’ispiza. U nghid jien kif ma gabuhx b’disprezz lejn il qrati.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend