Notifiki

Kooperazzjoni ġdida ma’ tmien Universitajiet Taljani se tagħti opportuntajiet kbar lil studenti u gradwati fit-teknoloġija

Ftehim bejn TECH.MT, l-Università ta’ Malta, u fost l-aqwa universitajiet fl-Italja, se jippermeti biex studenti li bħalissa qed jispeċjalizzaw fit-teknoloġija jkollhom opportunitajiet ta’ impjieg aħjar kif itemmu l-istudji tagħhom.

Il-Professur Alfred Vella, ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, stqarr l-istudenti se jkollhom ukoll l-opportunità li mhux biss jmorru jistudjaw fl-Italja iżda anke li jaħdmu hemmhekk.

Huwa qal, “Dak li jiġi studjat u riċerkat isibu mezz imbagħad l-istudenti kif jingħaqdu wkoll mal-industrija lokali fil-qasam jiġifieri għandek is-sitwazzjoni perfetta fejn it-tagħlim isir b’manjiera soda għax bejn Universitajiet mhux Università waħda għad-dirittura u fl-istess ħin ukoll għandek il-passaġġ iffaċilitat lejn l-industrija innifisha.”

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri starr li din il-kollaborazzjoni se ttejjeb l-iżvilupp ekonomiku diġitali f’pajjiżna.

Huwa sostna: “Dan huwa l-mod kif irridu bħala Gvern li qed immexxu l-viżjoni tagħna kemm mill-aspett ta’ tkabbir ekonomiku li ngħinu lill-industrija imma rridu li l-istudenti Maltin nagħtuhom l-opportunità u l-għodda neċessarji ħalli mbagħad minn dawk l-opportunitajiet ikunu jistgħu jgawdu u nkomplu noħolqu ekonomija ta’ ġid għal kulħadd.”

Mark Bugeja, iċ-Chairman ta’ Tech.MT qal li din se tara li r-rabtiet bejn l-akkademja u l-industrija f’dawn l-oqsma jissaħħu, biex is-sistema edukattiva trawwem lil dawn l-istudenti u tizviluppahom f’impjegati ta’ kwalità.

L-Ambaxxatur għal Malta fl-Italja, Carmel Vassallo qal li dan il-ftehim se jkompli jtejjeb ukoll ir-relazzjonijiet b’saħħithom taż-żewġ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend