Notifiki

Is-Sindku tal-Ħamrun ipoġġi idea ta’ spazju miftuħ fi Strada Rjali

Fuq il-midja soċjali, is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut tkellem dwar idea ta’ proġett ta’ tisbiħ u spazju miftuħ quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Fuq Facebook, is-Sindku Ħamruniż tefa’ ritratt ta’ kif kieku tiġi Triq il-Kbira San Ġużepp, mill-Pjazza San Gejtanu.

Qal li l-idea hi li din iż-żona terġa’ tkun ta’ prijorità għan-nies u mhux għall-karozzi.

Is-Sur Sammut sostna li hu jeħtieġ bidla fil-mentalità u jittieħdu d-deċiżjonijiet sabiex iċ-ċentru tal-Ħamrun jerġa’ jieħu l-ħajja.

Dan għaliex in-nies dejjem għandhom jieħdu l-preċedenza fuq il-karozzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend