L-Avukat Marthese Portelli nħatret bħala Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Intrapriża u Industrija.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ qalet kif Marthese Portelli se tibda tokkupa din il-kariga mill-1 ta’ Ġunju li ġej.
L-eks Membru Parlamentari bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Direttur tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi.