Grupp ta’ tlett żgħażagħ ‘il fuq minn 20 sena riċentament bdew kunċett ġdid billi bnew paġna fuq il-pjattaforma Instagram bl-isem ta’ Greenie.mt.
Din l-inizjattiva tiffoka fuq kontentut differenti li jipprova jinfluwenza s-segwaċi ta’ din il-paġna sabiex jieħdu ħsieb l-ambjent u jħarsuħ b’mod aktar responsabbli.
Fost il-kontenut, wieħed jista’ jsib diversi riċetti, aħbarjiet ambjentali, informazzjoni edukattiva u ħafna aktar.
L-għan aħħari ta’ din l-inizzjattiva huwa li jitħalla impatt fost il-poplu Malti, sabiex il-ħarsien tal-ambjent jittieħed b’aktar serjetà u b’aktar reqqa u nkunu nistgħu ngawdu is-sbuħija tan-natura ta’ madwarna.
B’din il-paġna, qed tinħoloq komunità virtwali ta’ nies li jinteressaw ruħhom fil-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent.
Ara aktar:
https://instagram.com/greenie.mt?igshid=o0qky0x29cz3
https://www.facebook.com/greeniemalta/