Notifiki

Is-Sibt li ġej l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ttella’ l-Lounge Night Concert b’mod virtwali

Nhar is-Sibt li ġej se ttella’ kunċert virtwali bl-isem ta’ Lounge Night Concert, flimkien mal-Artist, il-Konduttur u l-Kompożittur Ċek Jan Kučera.

F’din il-lejla se jindaqqu tliet xogħlijiet tal-Kompożitur li huma The Tango, silta mużikali li oriġinarjament inkitbet għal The Untouchables, kif ukoll wirja taż-żfin mill-kumpanija Spitfire

The Ballad inkitbet b’mużika aktar sempliċi u oriġinarjament inkitbet għall-pjanu, u eventwalment kienet traskritta u ndaqqet mis-Solisti Radek Baborák u Arturo Sandoval.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ddoqq ukoll Je Ale Veselý Den, li oriġinarjament kienet rekordjata minn The Epoque Quartet lura fl-2000.

Dan il-kunċert virtwali se jixxandar fid-8:45 tas-Sibt filgħaxija fuq il-paġna ta’ Facebook u l-istazzjon tal-YouTube tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend