Notifiki

Bedingfield ixejjen iċ-ċaħdiet ta’ Hyzler bi tweġibiet parlamentari stess

Glenn Bedingfield innota kif it-tweġibiet tal-Ispeaker dwar l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jikkonfermaw dak li qal dwar l-istess uffiċċju.

Dan wara li ġiet impoġġija fuq il-mejda tal-kamra l-ittra li l-Kummissarju George Hyzler kiteb lill-Ispeaker u li fiha rritalja għal dak li qal dwaru l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield f’aġġornament parlamentari t-Tnejn filgħaxija.

Fost l-oħrajn Hyzler qal li mhux minnu li x-xufier tiegħu għandu paga ta’ skala disgħa u jaqla’ elf ewro biss inqas minn din l-iskala.

Fil-Parlament Glenn Bedingfield tenna dak li qal it-Tnejn li għadda.

Hawnhekk għamel referenza għal tweġiba parlamentari stess li tikkonferma li x-xufier ta’ Hyzler huwa mħallas b’salarju ekwivalenti ta’ skala disgħa.

Fost l-oħrajn li mhux adegwat li Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkun persuna, li fil-passat kien involut fil-politika u li llum għadu juri li qalbu għadha tħabbat għall-politika.

Fl-aġġornament li għamel għas-seduta tat-Tnejn Glenn Bedingfield fost l-oħrajn stqarr li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma jimxix fuq l-istess standards li jippretendi mill-Gvern dwar reklamar u l-ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja.

Dan hekk kif qal kif reklami ta’ dan l-uffiċċju jsiru ma ġurnal wieħed li jintgħażel mill-uffiċċju u mhux mal-ġurnali kollha.

Qal ukoll kif minn sitt ħaddiema li jaħdmu fl-uffiċċju, ħamsa minnhom huma persuni ta’ fiduċja.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Issa jidher bic-car kemm il-Gvern tal-PL kien ghaggel meta hatar lil Dr George M. Hyzler bhala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Kif qatt bniedem li qatta 8 snin bhala Membru tal-Parlament tal-PN (1995-2003) u 4 snin bhala Segretarju Parlamentari fil-gvern tal-PN (1999-2003) qatt jista’ jkun imparzjali u gust fid-decizjonijiet tieghu? Aktar w aktar meta wiehed jiftakar li huwa t-tifel ta’ Dr George Hyzler (RIP) li kien Ministru tal-PN u MP bejn 1962 u 1995. Biex taqghad huwa mizzewweg lill-Giannella Demarco, bint Dr Guido Demarco (RIP) u ghalhekk jigi haten l-MP Nazzjonalista Dr Mario Demarco. B’parentala bl-gheruq Nazzjonalisti bhal tieghu, jghid x’jghid Dr Hyzler, QATT ma jista’ jkun imparzjali meta jiggudika membri parlamentari tal-PL.

    Bhal ma qal l-Onor. Bedingfield, din il-kariga ghandha timtela minn persuna li qatt ma kellha l-ebda’ rabta ma xi partit politiku. U Dr Hyzler, ghalkemm rinomat ghall-irgulija tieghu, ghandu jirrizenja minnufih mill-kariga ta’ Kummissarju ghax il-konflitt ta’ nteress tieghu hu kbir wisq biex wiehed jinjorah.

  2. Proset sur Portelli. Ir-rule of law titlob attitudni ferm aħjar minn hyzler! Hux bir-rule of law jiddelettaw sħabu u anki hu?!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend